GOWI tkompli

"Messek tghid li dak mhux ibnek! Taf li hawwadni kif rajtu! Hsibtu int, imma mhux int tal-lum, ta' meta konna l-iskola."

Gowi issumma. Minflok tbissem kif stennejt, isserja, u ghall-ewwel darba f'kemm kont ilni nafu, kellimni bil-herra.

"Insomma sa naghlaq. Xi trid?"

Ma kontx naf x'ser naqbad nghid. Indunajt li dhalt bi kliemi f'ghalqa li Gowi kien izomm ghalih biss.

"Waqfitli l-karozza, ghandi pancer u m'ghandix rota ohra."

Staqsieni b'lehen kiebi, qisu kelb mismut x'karozza kelli u x'hin ghidtlu qabad it-telefon u cempel lil xi hadd.

"Fejnha l-karozza", rega' staqsini, u wegibtu.

Tkellem ftit iehor fit-telefon, ma nafx lil min u ma nafx lanqas x'qal ghax jekk kellu jkun mismut xi hadd, dak il-hin kont jien. U emmnuni li la bdejt nara u lanqas nisma'. Bdejt nhewden li bi kliemi donni li kont weggajt habib li kont nghozz. Imbaghad ghadda minn rasi li, minbarra lilu, stajt weggajt lill-guvnott ta' wara l-bank. Dak baqa' hemm, cass, ihares daqqa lejja u daqqa lejn Gowi. Wicc mutu mejjet biex jisplodi f'mistoqsijiet.

Pogga t-telefon f'postu u qalli mmur nistenna fil-karozza ghax kellu jigi xi hadd b'rota tajba. Bla ma sellem, jew ta lili ic-cans li nroddlu hajr, dar fuq iz-zaghzugh u qallu jitfi halli jfittxu jaghlqu.

Sa ma wasalt hdejn il-karozza u dhalt nistenna fiha, rajt id-dwal tal-hanut jintfew, u l-bibien ta' barra jinghalqu. F'hakka t'ghajn, Gowi u z-zghazugh sparixxew wara l-kantuniera li kienet ftit lil hinn mill-hanut. Telqu bla ma harsu lejn fejn kont jien. Forsi apposta, u forsi le. Sa llum ma nafx. Imma l-hsieb inkwetani dak il-hin, u ghadu jinkwetani sa llum.

Fil-gimghat u x-xhur ta' wara dak l-incident ma niftakarx kemm 'il darba mort ghal xejn fil-hanut. Lil Gowi ma sibtu qatt miftuh. Ridt l-ewwelnett nirringrazzja lil Gowi, u ridt nitolbu skuza jekk dak inhar ghidt xi haga li ma kellix nghid.

Lahqu ghaddew xi sentejn jew tlieta ohra sakemm sibt dak ic-cans.

Sa fejn kont naf jien, minn dak inhar Gowi ma fetahx aktar il-hanut. hsibt li kien tort tieghi u soghbieni mhux ftit. Imma ma kienx hekk, ghallinqas mhux sa barra.

Staqsejt u ndagajt ghax il-hsieb beda jnikkitni, u ma stajtx innehhi minn quddiem ghajnejja dawk il-waqtiet fil-hanut tard f'dik l-ghaxija. Il-harsa kiebja ta' Gowi bdejt naraha anke fil-holm!

Fl-ahhar mal-hames snin ilu, bla mistenni sirt naf.

Gowi kien spicca l-habs. Kellu xi jghid ma' omm iz-zaghzugh li kont rajtlu fil-hanut. Fis-sahna ta' l-argument mid-dehra kien ferieha u nstab hati ta' feriment gravi li seta' jwassal ghall-mewt. Wehel sentejn habs.

Imbaghad, wara li hareg bdejt narah il-Belt. Ghall-ewwel kien idur in-naha l-ohra hekk kif jilmahni nhares lejh. Imma darba ghamilt jien il-kuragg u mort fuqu. Kien diga tkaghbar mhux ftit. Diga kien mitluq, dehrtu ta' xih wizq akbar fiz-zmien milli fil-fatt kien. Wiccu ma kienx ghadu dahkan. harstu kienet kiebja u vaga, bhallikieku qed ihares minn wara sur ta' hgieg migruf. Thassartu. Lanqas qalb insaqsih "kif int?", ma kelli. Minflok ghidtlu "Hawn Gowi! Nista' naghmel xi haga ghalik?"

Il-lehen jidwi li darba kellu kien gheb ghal kollox.

Bhallikieku minn pjazza boghod, bil-kemm jiftiehem qalli: "Li kellek taghmilli ilek li ghamilthuli", u tbieghed minni bil-mod, bi tbatija, bla ma stenna xi kelma ohra minn ghandi. Ftakart mill-ewwel x'ried ifisser, u n-niket li xehet fija ghal dak li minn kelmietu kont xhett lilu fih snin qabel jien, ghadu jnawwar go fija sal-lum.

Bqajt narah hemm idur b'pass tqil, u baqa' jevitani, anke harsti baqa' jevita. Imbaghad ma rajtux aktar fuq saqajh. Kull meta lmahtu dejjem bil-qeghda f'post li qisu irrizerva ghalih, fir-rokna tat-tieni targa tat-tejatru, in-naha ta' Putirjal. Maz-zmien donnu drani u ma baqax jevita harsti, sa ma darba, jien u diehel il-Belt qabel qsamt il-pont, ftakart fih u xtrajt ftit pastizzi.

Kif stennejt, kien hemm, minsub bhas-soltu f'roknet it-tarag bhal qisu biex jistkenn mix-xemx li ghalkemm kien ghadu kmieni diga kienet tinhass sew. Mort fuqu u newwiltlu l-pastizzi. M'ghidtlu xejn hlief "Ha Gowi" u bqajt sejjer kwazi minghajr ma waqaft.

U bqajt naghmel hekk kull meta nidhol il-Belt, ikun x'hin ikun.

Darba kif newwiltlu l-borza hatafli idi bi dghufija li ssummatni.

"Ha nghidlek, titlaqx" qalli, b'karba ta' lehen li bilkemm jinstema'.

Poggejt fuq l-irham kiesah, ma gembu sew.

Ma hallejtu jghidli xejn.

"Ahfirli habib" ghidtlu jien kollni kommoss.

"Iss' ghadda kollox. Kollox mitmum".

 

 Kompli aqra hawn.

 Mur lura - Back Home.

HOME

© E.C. Schembri 1998