Make your own free website on Tripod.com

IL-HATI

Il-Kostituzzjoni ma tistax tkun aktar cara milli hi. Is-sub-titlu: Dispozizzjonijiet biex tigi zgurata protezzjoni tal-Ligi. Fl-artiklu 40 paragrafu 5 il-Kostituzzjoni - l-oghla ligi tal-pajjiz - tghid li "Kull min jigi akkuzat b'reat kriminali, ghandu jigi meqjus li jkun innocenti sakemm ma jigix pruvat jew iwiegeb li huwa hati;".

Imma x'jigri fil-fatt go pajjizna?

Jigri daqslikieku l-ligi tghid bil-maqlub: persuna tigi arrestata, hafna drabi tard fl-ghaxija jew f'nofs ta' lejl. Imorru ghaliha, iktar iva milli le, aktar nies milli marru ghal Kristu fil-Getsemani.

Tittiehed id-depot, u tithalla tistenna anke s-sieghat, shana u kesha ma jimpurta xejn :l-arrestat bla qalb, ma jhossx. L-arrestat, jekk ikun tal-qatgha jaf jinfexx jidghi, u jirribella, u jibda jigi rispettat. Jekk ma jkunx miskin hu!

F'pajjizna fejn tirrenja d-demokrazija u 'rule of law', bizzejjed tharbixa ta' bicca spettur biex tibdillek hajtek minn nhar ghall-lejl .. ghal ghomrok.

L-artiklu 35 tal-Kostituzzjoni jghid f'paragrafu 1 f, li "Hadd ma ghandu jigi ipprivat mill-liberta' personali tieghu hlief kif jista' jkun awtorizzat b'ligi... fuq suspett ragjonevoli li huwa jkun ikkommetta jew ikun ser jikkommetti reat kriminali.

Imma x'inhu suspett, u kif ikun ragjonevoli, u ghal min. Min jiddeciedi dan? Pajjizi tassew demokratici jezigu ordni ta' Magistrat, f'Malta, spettur bizzejjed.

L-ispettur li jkun arrestak jaf jinterrogak dak il-hin, bil-lejl. Imma jaf ukoll imur ghall-kenn ta' kuxtejn martu. U int tiddahhal f'cella umda u mudlama bi slopp ghall-kumpanija. Qabel idahhluk jehdulek il-lazz u c-cintorin, li ma tmurx titghallaq. Jafu jiehdu hsiebhom lin-nies. Joffrulek tazza tal-plastik bil-kafe', waqt li aktarx jghidulek li zokkor ma baqax, u jtuk sandwich tat-'three-ply'.

Wara, jinterrogawk b'hafna 'bluff' u bullijar, minghajr ma jghidulek ezatt dwar x'hiex qed jinvestigawk, (preciz kif tghid il-Kostituzzjoni Art.35 para.2)

Jekk fl-ahhar tammetti li ghamilt xi haga hazina, arahom jittajpjawlek stqarrija u jtuhielek biex tiffirmaha. Jekk le, tibqa' arrestat, aktarx ghal 47 siegha u hamsa u hamsin minuta. Biex tohrog mid-depot fuq saqajk tiehu hames minuti, u fit-triq barra jergghu joffrulek l-ospitalita' ghal kemm ifettillu l-ispettur.

Jekk l-ispettur ma jiehux grazzja mieghek jaf jahdmek bl-ikreh. Jarrestak il-Gimgha fil-ghaxija, specjalment jekk is-Sibt tkun festa pubblika. B'hekk ikollu s-sodisfazzjon li bil-barka tal-Qorti u b'toqba fil-ligi, jitfghek tlett ijiem u tlett iljieli f'Kordin. Ghax darba jressqek u jakkuzak b'reat, bid-drittijiet kollha li taghtik il-Kostituzzjoni, hadd ma jehilsek milli tikseb il-liberta' tieghek qabel ma thallas il-plegg li jiddeciedi l-Magistrat. U jekk tkun festa, ir-registru jkun maghluq u qabel l-ewwel gurnata tax-xoghol ma ghandekx cans li xi hadd ihallaslek il-plegg waqt li int tirtghod bl-inkwiet u bil-bard fil-hmieg tac-celel tal-habs ta' Kordin.

Imma kemm iddum hemm ma tridx tinsa li sakemm ma tigix pruvat hati, inti innocenti. Ikkonsla!

X'jigri wara?

 

30 t'Ottubru, 1994

E.C. SCHEMBRI

 

Kitbiet ta' l-istess awtur f'pagni ohra:

GOWI --- novella

Artikli:

Il-Garra

Irwejjah

Ix-Xbejba tal-Misrah

Karattri

Il-Karita'

Gieh Misthoqq izda Michud

Utopja

Il-Wirt

Gieh lill-Haddiem

Poeziji

U

Dom Mintoff - Malta's Living Legend

© 1998 All Rights Reserved - Drittijiet kollha mizmuma mill-Awtur