Make your own free website on Tripod.com

KARATTRI

F’kull rahal, fi kwalunkwe komunita’, issib nies li jispikkaw fuq ohrajn, min ghal haga u min ghal ohra. Min fit-tajjeb, u min fil-hazin. Issib nies li jkunu maghrufa mill-bqija tan-nies f’dik il-komunita’ u xi minn daqqiet anke ‘l hinn mill-konfini taghha, mhux bil-fors ghax ikunu xi forma ta’ mexxejja ta’ shabhom, imma ghal ragunijiet ohra bhal nghidu ahna ghax joqghodu fic-centru tar-rahal. Ohrajn ikunu maghrufa ghax jiffrekwentaw dejjem l-istess hanut jew kazin, u ghalhekk min imur f’dak il-post aktarx li dejjem isib lilhom ma’ wiccu. Biz-zmien dawn in-nies isiru, biex nghid hekk, speci ta’ punt ta’ riferiment, sinonimi mal-post li jkun. Minghajrhom, dak il-post bhallikieku ma jkunx komplut.

F’kull hanut ta’ kull rahal issib nies bhal dawn, nies ta’ kull eta’ u kultura, nies illitterati u nies ta’ skola, haddiema ta’ l-id u haddiema tal-pinna. Dan illum, u mhux kullimkien lanqas.

Certi nies lanqas joholmu li jidhlu f’hanut u jieqfu jixorbu flixkun birra u jghidu kelma ma’ min jinzerta hdejhom. Niehu gost nara, per ezempju, lill-mexxej Laburista Dr Alfred Sant, li sikwit jidhol f’hanut fejn haddiema jieqfu jiehdu bicca hobz f’nofs inhar, u jiffriska grizmejh b’xi xarba. Imma kemm hawn nies tal-pozizzjoni tieghu li jaghmluha? Jien ma nafx b’ohrajn!

Il-karattri li tiltaqa’ maghhom fil-hanut jew kazin tar-rahal, huma l-iktar ghalhekk, nies komuni, bhali u bhalek.

Jekk tosserva ftit, tinduna wkoll li donnu f’kull hanut, il-klijenti ta’ kuljun anke l-post taghhom ghandhom. Jekk trid lit-tali, u tkun tafu sew, tkun tista’ tfittxu fl-ghaxija minsub fuq mejda partikolari, f’rokna partikolari, ta’ hanut partikolari. U ibqa’ cert li ssibu hemm.

F’hanut li ghandi f’rasi hemm erba’ karattri ‘zul minn hemm’. Hemm min jixrob l-irhas inbid sakemm ma jaghrafx iktar il-qasma bejn is-sema’ w l-art. Issib min jixrob biss luminata, waqt li ohrajn xejn ma jhabblu xuxithom jekk mal-birra jhalltu l-wiski jew il-vodka, biex inizzlu d-delizzji appetituzi li jhejji Jason il-barman.

Hemm wiehed li ilu x-xhur jehodli rasi biex nikteb fuqu. U llum ser nikkuntentah. Jekk gimgha ohra din il-kolonna ma tidhirx, ma jkunx tort tieghi, imma ta’ xi ‘knock out’ tekniku li nkun qlajt. Ghax da’t-tali jsostni li l-KULLHADD jixtriha biex jaqra l-kolonna tieghi!

Dal-habib bahbub tassew. Li kelli nikteb dwar kif narah jien, kont nimla ktieb. Imma ma jaqbillix nikteb fit-tul wizq ghax tispicca li tassew ikollna nqassmu l-lentijiet li jkabbru, biex jinqraw dawn il-vrus.

Irgiel fil-kelma u fil-fatt, mhux wiehed u tnejn issib f’dan, bhal f’kull hanut. Wiehed minnhom qajla kont naf ghajr ghal wiccu, meta darba, xi snin ilu, ipparkjajt il-karozza fuq gandott mimli tafal f’nofs San Pawl il-Bahar. Imma meta gejt biex nitlaq mill-bar fejn kont u sibt il-karozza nofsha midfuna fil-gandott, ma hasibhiex darbtejn biex hareg ghall-kesha u l-bard li kien, rabatli habel mal-warrani tal-karozza tieghi, u gibidni b’kollox ‘l fuq u ‘l barra, ghal fuq it-triq. Dawk huma in-nies tal-qalb, nghid jien.

Ghax fil-bar, bhal f’kullimkien, taf issib min tahseb li taf, u ma tqisux mal-hbieb, u fil-fatt ikun, u kif, bhalma jaf jigri bil-maqlub. Huwa propju meta ssib persuna hekk li tista’ tassew tmur lura f’darek fis-sakra mhux bil-birra jew bl-inbid, imma bil-ferh, ghax sibt habib tassew.

Ghax mill-hbieb, tal-hanut, u ta’ barra l-hanut, tistenna li tiehu skond ma tkun lest li taghti. Jekk toffri l-id tal-hbiberija, taf issib l-istess, anke jekk mhux bilfors. Mill-hanut, xi kultant, taf tohrog is-sincerita’, jaf jinhall l-ilsien lubrifikat bl-alkohol, u jixxejjnu l-inibizzjonijiet. L-antiki kienu jistqarru li: "in vino veritas". Nahseb li anke llum ghadha tghodd!

 

E.C. Schembri

1995

Kitbiet ta' l-istess awtur f'pagni ohra:

GOWI --- novella

Artikli:

Il-Garra

Irwejjah

Il-Hati

Ix-Xbejba tal-Misrah

Il-Karita'

Gieh Misthoqq izda Michud

Utopja

Il-Wirt

Gieh lill-Haddiem

Poeziji

U

Dom Mintoff - Malta's Living Legend

© 1998 All Rights Reserved - Drittijiet kollha mizmuma mill-Awtur