Make your own free website on Tripod.com

Il-Karita'

Kien hawn zmien f’pajjizna, meta bosta - eluf - kienu jiddependu ghall-ghixien taghhom, ghal-loqma li ttaffilhom il-guh, mill-karita’ tal-bqija tan-nies, li kienu ftit inqas imgewwha minnhom. F’dak iz-zmien, li m’ilux daqstant li hadd ma jiftakru!, ma kienx hawn pensjonijiet, ma kienx hawn ghajnuna socjali ma kien hawn xejn li jghin lill-klassi tal-haddiema li jispiccaw minn jew bla xoghol. Il-pensjoni tax-xjuh, u l-iskema tas-sigurta’ nazzjonali, introdotti minn gvernijiet Laburisti, gabu fi tmiemha il-professjoni tat-tallab.

Jew hekk konna nahsbu sa ftit tas-snin ilu.

Il-grajjiet ta’ dawn l-ahhar ftit snin f’pajjizna mid-dehra regghu dawwru l-arlogg lura anke f’dan il-qasam.

L-oghli bla razan fil-prezzijiet minghajr l-icken kontroll, il-kilba ta’ ftit importaturi u ta’ ftit iktar bejjiegha biex jistaghnew malajr kemm jista’ jkun malajr, wassal biex dawk kollha f’din il-kategorija gew imlaqqma "hallelin" minn min m’ghamilx dmiru kif jixraq biex il-pagi u l-prezzijiet izommu r-relativita’ u l-bilanc mehtieg f’ekonomija sana.

Dan wassal biex mhux ftit huma l-familji li f’cirkostanzi normali ma jistghux ilahhqu mal-hajja. Imma l-hajja mhix maghmula biss minn ‘cirkostanzi normali’, kultant jinqala’ l-ghawg bil-mard, bil-qaghad, bi sfidi ohra li l-familja ma tkunx tista’ tiffaccja u teghleb.

Nahseb li huwa dan li wassal ghall-faqar tas-snin disghin f’pajjizna. Huwa faqar rejali, li jghakkes daqs jew kwazi dak tas-snin hamsin u qabel, u li bhalu jkidd u jeqred.

Il-bosta ghaqdiet, agenziji volontarji u x’naf jien li twaqqfu fostna biex jghinu, mhux fil-glieda kontra dan il-faqar, imma biex lill-fqir jerfghuh ghal ftit ‘l fuq, bhallikieku f’bandla, qed itaffu xi ftit mill-intensita’ tal-problema. Imma l-imma mhix tigi miggielda kif jixraq.

Imma l-karita’ mhix tigi biss uzata, qed tigi wkoll abbuzata. Wasalna f’qaghda - kerha mhux ftit naraha jien - li issa qed nigbru l-karita’ anke ghall-gvern. Gejna f’sitwazzjoni, taht il-gvern Nazzjonalista, li biex tinxtara makna mehtiega ghall-kura tan-nies, tac-cittadini li jhallsu t-taxxi (u anke ta’ dawk li jaharbu minnhom), iridu jsiru gabriet diretti mill-poplu. Dawn ma’ dawk li l-gvern jiehu f’taxxi diretti, indiretti, levies jew VAT, ghidilhom li trid ghax xorta jixxuttawlek il-but!

Nithassar tassew lil dawk li jaghtu l-ftit li jirnexxielhom iwarrbu ghal certi gbir, l-istess bhalma nammira lil dawk - aktarx l-istess nies: haddiema - li jaghtu l-ftit taghhom ghal kawzi tassew gusti.

Xi jiem ilu smajt li mal-gabriet li jsiru ghal dan jew dak il-pajjiz, issa ser issir xi gabra ghall-Gappunizi li sofrew terremot. Hassejtni tassew inkorlat nara l-prezunzjoni ta’ x’uhud li forsi ghax iridu jidhru f’xi ritratt ma’ xi ambaxxatur Gappuniz, jew forsi ghax ma jifhmuhiex bhali, iridu jigbru l-flus tal-haddiema Maltin ghall-vittmi tat-terremot. Ghal dawn ghandi, u nahseb li lkoll ghandna kull simpatija. L-istess ghandi simpatiji ghall-eluf li nqatlu jew gew sfigurati fil-gwerra tal-Boznija, jew tac-Cechnia, u iktar u iktar ghall-miljuni li qed ibatu l-guh fl-Iraq minhabba l-isfida Amerikana kontra dak il-pajjiz. Anke ghall-Libjani li wkoll qed ibatu mill-prepotenza Amerikana, u ghall-Amerikani stess, li jmutu bl-eluf, imgewwha, imtertra bil-bard, gherja ghal u minn kollox, fit-toroq ta’ l-ibliet sinjuruni li hemm f’dak il-pajjiz, jien ghandi, u nahseb li ghandek int ukoll, simpatija kbira.

Imma b’daqshekk ifisser li ghandi naghti lil dawn mill-ftit tieghi, minflok ma naghtih, biex naghti ezempju wiehed, lil xi mara, Maltija bhali, li romlot jew li zewgha bla xoghol, u li tibqa’ hi bil-guh biex titma’ ‘l uliedha?

Jien nghid le. Il-karita’ tibda fid-dar, u d-dar taghna l-Maltin, bis-sabih u bl-ikreh kollu taghha, hija din il-bicca Blata li hi pajjizna lkoll.

Ghal haddiehor jista’ jkollna, meta fostna terga’ tiddi x-xemx, meta l-poplu jerga’ jikseb dak li tilef fi ftit snin, u jerga’ jigi f’tieghu, jew ahjar milli kien m’ilux wisq. Imbaghad iva, halli nharsu ‘l-boghod, ‘l-hinn mix-xtut taghna.

 

 

 

E.C. Schembri

5 ta’ Frar, 1995

Kitbiet ta' l-istess awtur f'pagni ohra:

GOWI --- novella

Artikli:

Il-Garra

Irwejjah

Il-Hati

Karattri

Ix-Xbejba tal-Misrah

Gieh Misthoqq izda Michud

Utopja

Il-Wirt

Gieh lill-Haddiem

Poeziji

U

Dom Mintoff - Malta's Living Legend

© 1998 All Rights Reserved - Drittijiet kollha mizmuma mill-Awtur

Mhux qed jintuzaw karattri tipici ta' l-ilsien Malti biex jigi evitat tahwid ghal min m'ghandux dawn il-karattri.