Make your own free website on Tripod.com
>

GOWI

Novella

Tiffullawx

Ersqu ftit lura

'Tuh ftit nifs miskin

Le, le, iccaqilqux

Ma nafx kemm 'l kumment bhal dawn smajt fil-hin li ghamilt mieghu sakemm waslet ambulanza, u tnejn minn nies minghajr wisq kumplimenti, ghabbewh fuq strecer u garrewh lejn il-kamra tas-silg fuq l-gholja ta' Gwardamanga.

Anke li ridt, ma stajtx inzomm id-demghat jaharqu li zzerzqu ma' hugbejja. Imma ma ridtx. Lill-miskin kont nafu, u kif. Avolja nbidel, avolja xjieh u krieh qabel iz-zmien, taht it-tikmix gharaft il-wicc dahkan tat-tfajjel imqarqac li darba, tant ilu, kien jifqa' 'l kulhadd bid-dahk. Gharaftu nghid. Kont ilni ftit sew ma narah, imma hu zgur kien. L-ahhar li rajtu kien hemm, bil-qieghda fl-istess post fejn illum intelaq l-ahhar telqa, ghal mejjet, fuq il-fdal tat-tarag tal-fdal tat-Tejatru Rjal. Mahmug u mitluq, imeclaq bicca hobz niexfa, b'borza tac-carruta mahmuga tinten, nofsha f'idu x-xellugija, u n-nofs l-iehor fil-but tal-glekk li qdiem mieghu. X'kellu fiha ma nafx, imma minn kif kien jghozzha, xi haga ta' valur, ghallinqas ghalih, kien hemm fiha zgur.

Kont ilni ma narah ghax kont ilni x-xhur ma nidhol il-belt. Imma kull meta mort s'hemm, kont narah bil-qieghda wahdu, imeclaq xi gidma hobz jew xi hag'ohra li kien jiddobba, jew jigbor minn xi barmil barra l-hwienet tal-qrib.

Kien jismu Eddie, imma l-iskola, ma nafx ghaliex, konna nsejhulu Gowi. U hekk bqajt nghidlu meta kultant, mhux rari, kont nghaddi sal-hanut li kien fetah meta bilkemm konna ghadna spiccajna l-ahhar sena ta' l-iskola, tant snin ilu.

Gowi kien jghid li hu mill-Hamrun, imma fil-fatt kien mill-Belt. ghal xi raguni li qatt ma skoprejt, ghax Gowi dejjem kien imdawwar bil-misteri. Anke meta konna tfal. Ma kienx wiehed minn dawk li kien jilbes l-uniformi. Bil-maqlub. Imma kultant, hekk, qisu meta jiftillu, kien jigi l-iskola b'uniformi shiha kompluta bl-ingravata u l-blejzer b'kollox. U kultant, kien jisparixxi. Dejjem bl-istess mod: jintemm il-brejk ta' nofsinhar u ma jidholx lura fil-klassi, biex imbaghad jaghmel jumejn ma jigi xejn l-iskola. Wara jigi lura qisu ma falla xejn.

Gie li staqsejtu, Ghall-bidu ma nafx ezatt meta, imma mbaghad ma staqsejtx iktar. Ahjar is-skiet minn gidba! Imma fl-ewwel snin ta' l-iskola sekondarja ma kienx ifalli wizq. Kien lejn ir-raba' jew il-hames sena li beda aktar ma jigix milli jattendi l-iskola. B'dan il-mod. jigi jum u jfalli tnejn.

Tistaghgeb li drawwiet tfulitna jafu jibqghu jigru maghna ghomorna kollu.

Meta temmejna l-iskola sekondarja u ntefa' fil-hanut tax-xorb li kellu l-Hamrun, baqa' l-istess. Jiftah gurnata u jaghlaq jumejn.

Misteru li bqajt ma solvejt qatt, u issa .

Minkejja li l-klijenti tal-hanut kienu jfittxuh, ma tantx kien jidher herqan biex jibza' ghalihom. Imma ohrog il-ghageb, baqa' jigbed in-nies l-istess. ghax kien bniedem li tarah jaghtik gost, jigbdek bi kliemu u b'ghemilu ferriehi kien bhallikieku inissik id-dizappunt li jkun tak fil-jiem ta' qabel. U b'hekk in-nies baqghu ifittxuh, u l-hanut, ftit jew wisq baqa' jirrendi.

Gowi kien baqa' guvni. Kien jghidli bid-dahka li tieghu kienet ghadha ma twelditx. Imma ma nahsibx li kien tassew hekk. Niftakar li ghamel zmien ma' wahda minn Hal Qormi. Kienet mara li meta naraha kont bla ma rrid nistaqsi lili nnifsi xi x-xjafek ralha Gowi. Imma ghalhekk il-baqra tinbiegh kollha. U hazin li ma kienx hekk!

Meta ghadda z-zmien gie li rajtha fil-hanut, bil-qeghda fuq bank f'rokna tbennen tarbija. U mal-mixja tas-snin, dik it-tarbija rajtha tikber u titfarfar fi tfajjel xbiha ta' Gowi fi tfulitu.

Hu qatt ma qalli li dak kien ibnu. Gowi hekk kien maghmul. Imma ma kellux bzonn wisq li jghid lili jew lil kull min bhali ghandu l-vizzju tat-tixbih. Dak it-tfajjel kien wicc Gowi imqaxxar, kif nghidu.

L-ahhar li rajtu lit-tfajjel - ma niftakarx x'kien jismu, forsi David, imma m'inix cert - kien sar guvnott gmielu. Niftakar li kont ilni zmien ma narah, ghax ghamilt xi snin ma jkollix ghalfejn nersaq lejn l-inhawi tal-hanut ta' Gowi. Il-hajja, bil-moghdija tas-snin, timponilek ta' sikwit il-mod kif tghix u x'taghmel. Hekk kien grali jien ukoll.

Imma darba minnhom, fl-ghaxija fit-tard, tlaqt lejn id-dar mix-xoghol fil-Furjana dak iz-zmien. Kif wasalt ftit boghod mill-hanut ta' Gowi, smajt hoss stramb fil-karozza, u waqaft. Nizilli tajer u tghidx x'wahda bix-xniexel faqqajt f'qalbi malli ftakart li r-rota z-zejda kienet ghadha ghat-tiswija u ma kontx ghadni gbartha.

Tfajt mal-hajt u mxejt il-ftit ghexieren ta' passi lejn il-hanut ta' Gowi, u hadt ir-ruh kif rajtu miftuh. Hliefu f'dawk l-akkwati ma kont naf lil hadd, kien tard, u mhux la kemm thabbat bieb li jkun, biex titlob l-ajjut!

Kif dhalt fil-hanut u ersaqt lejn il-bank issummajt. Hemm wara rajt lil Gowi, imma ma kienx ezatt hu, kien il-Gowi li kont naf l-iskola. L-istess xaghar qastni mgieghed; l-istess nokklu jitbandal fuq wicc hamrani mixghul bi tbissima li ssahhar u ma tintefa qatt; l-istess imnieher ckejken fuq l-istess xufftejn hamranin. Iccassajt inhares lejh mibluh u lanqas smajtu jistaqsini x'irrid nixrob.

Gejt f'tieghi b'daqqa hafifa fuq ghonqi minn wara.

Dort u rajt lil Gowi ma' wicci, dahkan bhal dejjem.

"Hawn x'giebek dal-hin, mela keccietek il-mara? "

Minflok ma wegibtu, laqlaqt:

  Kompli aqra hawn.

 Lura - Back Home

Din

in-novella

hija

dedikata

lil

missieri

Michael,

li fl-ahhar

snin ta'

hajtu kien

hadha

drawwa li

jintasab

bil-qieghda

fuq

it-tarag

tat-Teatru

Rjal,

fid-dahla

tal-belt

Valletta.

Michael Schembri

HOME

© E.C. Schembri 1998

Kitbiet ta' l-istess awtur f'pagni ohra:

GOWI --- novella

Ix-xbejba tal-Misrah - intervista ma' Agatha Barbara

Artikli:

Irwejjah Il-Hati Karattri Il-Karita' Gieh Misthoqq izda Michud

Utopja Il-Wirt Gieh lill-Haddiem

Poeziji

U

Dom Mintoff - Malta's Living Legend