GOWI l-ahhar parti

Din in-novella hija dedikata lil missieri Michael, li fl-ahhar snin ta' hajtu kien hadha drawwa li jintasab bil-qeghda fuq it-tarag tat-Tejatru Rjal, fid-dahla tal-belt Valletta.

 

Ma qalx kelma ohra, intelaq mal-hajt u raqad bil-qieghda bil-borza tal-pastizzi li tajtu, imharsa bejn il-pali ta' idejh it-tnejn u kuxxtejh. Dakinhar bqajt ftit hdejh nahseb u nisghob, sakemm aktar ma flahtx, qomt u tlaqt ghal trieqti.

Wara dakinhar bdejt nieqaf ftit hdejn Gowi u naghtih xi haga x'jiekol kull x'hin nidhol u nohrog mill-belt. Ma konniex nitkellmu wisq, ta' lanqas Gowi ma kien jghid kwazi xejn. Imma kull waqt li kont nghaddi ma' genbu kont inhossni ghaddej minn esperjenza spiritwali elokwenti fis-skiet taghha.

"Pardon"

Daqqa hafifa ta' sieq fuq genbi gabitni f'sensija; hargitni mid-dinja tat-thewdin li intlift fiha, x'hin Gowi ntelaq bla sahha u bla iktar hajja fuqi, xi siegha jew iktar qabel. Harist madwari u mbaghad warajja.

F'daqqa wahda gejt f'tieghi. Intbaht li kont ghadni bil-qieghda, fit-tieni targa tat-teatru, in-naha ta' putirjal.

Harist l fuq mnejn smajt il-kliem u rajt xwejha niezla id f'id ma' xwejjah bhalha, b'seba' ghajnejn fejn jixhtu saqajhom, li ma jitgerbux fl-irham imkisser li darba sebbah lit-Teatru maestuz li darba kien u m'ghadux.

Hassejtni bil-qeghda fuq xi haga iebsa u ccaqlaqt biex nara x'kelli tahti.

Rajt il-borza li Gowi tant jghozz, sewda bil-hmieg, u gbidtha minn tahti. Wessajt il-fetha mizmuma b'qafla hoxna u ttawwalt biex nara x'fiha.

Bil-kemm ilhaqt iffukajt ghajnejja.

"Dik tieghi, gibha 'l hawn!"

U driegh daqsiex, bi ftit suf isfar kien ghoddu tajjarli n-nuccali minn ma' wicci. L-id f'tarf id-driegh hatfitli l-borza.

Ghollejt rasi b'heffa lejn sid dak id-driegh u lmahtu hemm wieqaf dritt: ix-xbiha ta' Gowi, li darba kont naf.

B'hajr specjali lill-habib u ghalliem tieghi Emanuel F. Attard, ghas-sabar mieghi u ghall-inkoraggiment ma' jaqta' qatt tieghu lejja.

 

 

E.C. Schembri

10 t'April 1995

 

 

 Pagna ta' Qabel       Gowi - mill-bidu

 

 Lista ta' Kitbiet li tista' taqra hawn.

HOME

PAGNI OHRA FUQ L-INTERNET

DOM MINTOFF - rakkont qasir ta' Hajja twila dedikata lill-Poplu Malti Album bir-ritratti ta' persunaggi u grajjiet ta' Malta, marbutin ma' Dom Mintoff.

L-Awtur - biografija ta' E.C. Schembri -kitbiet letterarji u gurnalistici varji

© E.C. Schembri 1998